FAQs

Peress li għad hemm tenders li qed jiġu ppubblikati bl-użu tal-format tradizzjonali u wħud għadhom qed jiġu evalwati, id-Dipartiment tal-Kuntratti xorta se jkollu bżonn mod kif jippubblika r-Rakkmandazzjonijiet tal-KĠK. Għalhekk it-taqsima tar-Rakkomandazzjonijiet tal-KĠK qiegħda hemm għal din ir-raġuni.  Ukoll qabel ma ġie implimentat titjib fl-2017 fuq l-ePPS, fejn bdew jiġu ppubblikati rakkomandazzjonijiet fuq dak il-portal, ir-Rakkomandazzjonijiet tal-KĠK qabel din id-data, ġew ippubblikati fuq is-sit elettroniku tad-Dipartiment.  Għalhekk, din it-taqsima se turi r-rakkomandazzjonijiet kollha li ġew ippreżentati lill-Kumitat Ġenerali tal-Kuntratti għad-deliberazzjoni u approvati, kemm għal sejħiet għall-offerti tradizzjonali kif ukoll elettroniċi.