IL-ĠIMGĦA EWROPEA GĦAT-TNAQQIS TAL-ISKART 2017 - IT-TLIETA

Flora (Parti 1)

L-użu ta’ karti tar-riċiklaġġ u materjali oħra

Peress li, inħobb in-natura u l-ambjent, ridt noħloq xi ħaġa li kienet tinkludi s-sbuħija tan-natura, l-aktar tal-fjuri. Għażilt lil din il-mara sabiħa, li tirrappreżenta s-sbuħija ġewwinija tal-paċi u t-trankwillita’. L-istampa magħżula hi meħuda minn rivista antika ħafna, madwar 50 sena ilu. Intgħażel l-isem flora, mill-mitoloġija Rumana Flora li kienet Alla tal-fjuri mnissla mis-Sabina u li tirrappreżenta l-istaġun tar-rebbiegħa – simbolu tan-natura u l-fjuri, speċjalment il-fjura tal-Mejju.

Bdejt il-proġett billi l-ewwel ħloqt kartun rettangolari magħmul minn kaxxi tal-kartun u materjal ieħor tal-karta riċiklata, sabiex inpoġġi l-arti fuqu. Bħala spatula, użajt biċċa kartun żgħira stess biex inkun nista’ nxerred il-kolla b’mod uniformi u poġġejt fuqhom karta użata, biex jittrimmjaw it-truf.

Peress li dan irid jiddendel ma’ ħajt ippreparajt it-toqba sabiex inpoġġi spaga. Bħala spaga użajt bizzilla taż-żraben sabiex nagħmel użu mill-materjal kollu moħli. Għamilt użu minn pegs biex il-kartun jibqgħu f’posthom u anke buqari tqal bħala piżijiet biex il-kolla ma tintefaħx imma tibqa’ ċatta u tħalli l-kartun jinxef.

Biex ħloqt il-pittura, użajt il-karta saħħara u ntraċċajt lill-mara mir-rivista sabiex inkun nista’ npoġġiha fuq il-materjal. Għamilt xi tibdil fit-tpinġija tal-mara sabiex noħloq effett skont l-għaks tiegħi. Biddiltilha xagħarha dritt f’xagħarha nokkli u bbuzzat għal effett aħjar bil-plastik u żidt aktar ma’ ġisimha li juri ġenb ta’ ġenbejha u sieqha.

Għall-pittura tal-wiċċ u tal-ġisem, kelli nagħmel użu minn żebgħa akrilika bl-użu ta’ taħlita ta’ isfar u abjad, u ammont żgħir ta’ aħmar u kannella mħalltin flimkien biex nikseb il-kulur tal-ġilda. Jien użajt l-isfar, il-kannella skur u l-aħmar għax-xagħar.

Jane Agius