IL-ĠIMGĦA EWROPEA GĦAT-TNAQQIS TAL-ISKART 2017 - L-ERBGĦA
Flora (Parti 2)
L-użu tal-fliexken tal-plastik u materjali oħra tal-plastik
Dawn huma ftit mill-fliexken tal-plastik li jintużaw biex jinħoloq il-collage.
Użajt fliexken tal-plastik oranġjo u sofor biex noħloq ix-xagħar. Fl-istampa t’hawn taħt, tista’ issib kif ħloqt ix-xagħar innukklat billi għamilt użu minn pinzetti, xfafar u mqassijiet taż-żigżag.
Ir-riżultati finali tax-xagħar jistgħu jidhru hawn taħt:
Plastik ieħor ikkulurit jintuża biex jgħatti l-bqija ta’ l-istampa. Għamilt użu mill-aħdar u ċ-ċelesti li jirrappreżentaw il-ħaxix u s-smewwiet. Qtajt il-plastik u tfajtu f’kartun mitwi u waqt li għaddejt il-ħadid taħraq jinħloq l-effett ta’ bżieżaq.
Minn fliexken tal-plastik trasparenti ħloqt l-ilma turkważ. Dawn tqattgħu f’biċċiet kwadri u l-kulur inħoloq billi sar użu minn lostri tad-dwiefer tal-glitter blu u aħdar.
Hawn taħt, għandek mnejn issib pjanti, fjuri u weraq mill-kreazzjoni tiegħi magħmulin minn fliexken tal-plastik ikkuluriti ħodor.
Ħolqien ta’ aktar weraq u fjuri ċkejknin minn aċċessorji u materjali oħra tal-plastik.