IL-ĠIMGĦA EWROPEA GĦAT-TNAQQIS TAL-ISKART 2017 – IT-TNEJN

Insebbħu l-Ambjent tal-Post tax-Xogħol

Deskrizzjoni tal-Azzjoni

Fid-Dipartiment tagħna, l-impjegati kollha jiġbru skart li jista’ jerġa’ jintuża, speċjalment dawk il-prodotti b’materjal li jdum biex jinqered u li huma ta’ ħsara kbira għall-ambjent, l-aktar il-plastik. Prodotti bħal dawn huma: fliexken tal-plastik, fliexken tad-deterġenti, aċċessorji miksura, ħġieġ dekorat, kaxxi tal-kartun u similaritajiet oħra. Materjal ieħor li nużaw jinkludi, ġojjelli, ħwejjeġ, basktijiet, biċċiet tal-kartun, kaxxi tal-karti, verniċ tad-dwiefer mhux użat u oħrajn.

B’dan il-materjal is-Sinjorina Jane Agius se tipproduċi karatteristiċi artistiċi magħmula minn dawn il-prodotti. Il-ħsieb hu li mill-iskart li jista’ jerġa’ jintuża mill-impjegati kollha, noħolqu s-sbuħija fl-uffiċini u fid-Dipartiment innifsu u niġġeneraw ambjent spettakolari.

Is-Sinjura Agius ilha snin tesperimenta b’ħafna mediums fuq livell artistiku iżda dan l-aħħar ilha tesperimenta bil-fliexken tal-plastik hekk kif meta jiġi modifikat il-plastik joħloq effett sabiħ u permezz tal-immaġinazzjoni tagħha toħloq xi ħaġa minnu. Fuq biċċa karta tal-kartun magħmula minn kaxxi riċiklati, toħloq biċċa arti u minflok tuża l-medium taż-żebgħa, tagħmel użu mill-plastik użat mill-ġdid u materjali oħra użati mill-ġdid li jipproduċu effett kollage. Għal kull proġett tuża medja ta’ 20 flixkun tal-plastik kollha b’kuluri differenti. Hija tittratta kull proġett individwalment u tuża l-immaġinazzjoni u l-għajn artistika tagħha biex toħloq biċċa arti b’valur. Peress li, hi tħobb in-natura u għandha apprezzament kbir lejn l-ambjent l-arti tagħha tinvolvi l-aktar is-sbuħija tan-natura, speċjalment tal-fjuri, peress li taħseb li l-ħajja tkun għarwiena mingħajr fjuri peress li l-kuluri tagħhom u s-sens ta’ riħa għandhom rwol importanti fis-sbuħija tan-natura

Il-ħsieb ewlieni, li permezz tal-iskart u s-sbuħija tan-natura, l-arti tagħha turi lill-pubbliku inġenerali li jżur id-Dipartiment tagħna, kif ibiddel il-perċezzjoni tal-iskart u minflok iġib apprezzament lejn in-natura u l-ambjenti l-oħra kollha, li jkunu d-djar, l-iskejjel u l-postijiet tax-xogħol tagħna.

Il-Perspettiva tal-Arti mil-Lat tal-Iskart

L-oriġini tiegħu u l-arti sabiħa li nħolqot permezz ta’ skart użat mill-ġdid, nistgħu nħajru lil ħaddieħor biex jikkonverti l-plastik u skart ieħor fl-arti.

Impatt dejjiemi u segwitu

Biċċa arti ma tinqered qatt u allura l-arti tibqa’ fl-uffiċini, iġġenerata minn ġenerazzjoni għall-oħra.

Barra minn hekk, id-Dipartiment permezz ta’ dawn l-arti se jiġġenera interess lill-pubbliku inġenerali li jżur id-Dipartiment tagħna, li prinċipalment jinvolvi Uffiċjali Pubbliċi u Operaturi Ekonomiċi oħra. Permezz ta’ dawn l-arti nkunu nistgħu nispjegaw kif issir u żgur li se toħloq entużjażmu lil ħaddieħor biex jerġa’ jagħmel proġetti simili fl-uffiċini tiegħu.