MALTA TGĦADDI GĦALL-ACCRUAL ACCOUNTING

Pubblikazzjoni tal-avveniment tal-iffirmar tal-kuntratt għall-Corporate Financial Management Solution għall-Gvern ta’ Malta fis-sit tal-aħbarijiet internazzjonali influwenti Public Finance International

Minn: Emily Twinch | 15 Aww 2017

Il-Ministeru tal-Finanzi ta’ Malta qed jaħdem biex jintroduċi l-accrual accounting fid-Dipartimenti kollha tal-Gvern matul is-sentejn u nofs li ġejjin.

Il-Gvern Malti ffirma ftehim ix-xahar li għadda fejn ta lid-ditta tas-servizzi finanzjarji Grant Thornton Malta l-kuntratt biex timplimenta s-sistema, b’valur stmat ta’ €11.6 m.

Il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna għamel tweet fil-jum:

Jum ta’ ittra ħamra għall-MFIN – li timplimenta wegħda ta’ żmien twil ħafna li taqleb għas-sistema tal-accrual. Inwiegħdu U nwettqu. pic.twitter.com/Kil4g2XAp7

— Prof Edward Scicluna (@edward_scicluna) Lulju 10, 2017

Rob Whiteman, il-Kap Eżekuttiv tas-CIPFA, qal: “Importantament, l-ambizzjoni tal-Gvern Malti hi li jagħmel użu sħiħ mill-informazzjoni li jiġġenera.”

“It-tranżizzjoni minn cash għal accrual accounting hija parti ewlenija mit-tisħiħ tal-ġestjoni finanzjarja pubblika ta’ pajjiż u l-informazzjoni bbażata fuq id-dovuti għandha tintuża biex tinforma t-teħid ta’ deċiżjonijiet baġitarji li se jtejbu s-sostenibbilta fiskali, il-governanza tajba u t-trasparenza.”

Minbarra li implimenta s-sistema tal-Corporate Financial Management Solution fit-30 xahar li ġejjin, il-Gvern Malti wiegħed li se jipprovdi taħriġ intens għall-impjegati eżistenti u ġodda.

Scicluna qal: “Il-Ministeri u d-Dipartimenti se jkollhom bżonn li l-impjegati tagħhom jitħarrġu fil-ħiliet meħtieġa u allura dan l-investiment jiġi sfruttat bis-sħiħ.”

Il-ħaddiema tal-Gvern se jkunu mistennija jagħmlu xogħol operattiv u jgħinu fl-implimentazzjoni tas-sistema, sostna l-Ministeru tal-Finanzi.

Il-Gvern Malti spjega li t-trasferiment mis-sistema kurrenti tiegħu ta’ cash flow accounting għal accrual accounting se jfisser li d-dipartimenti se jkollhom “kont aktar trasparenti tad-dħul u l-infiq tagħhom”. 

Paulanne Mamo, Direttur Ġenerali tat-Teżor ta’ Malta, qal li l-mossa kienet “pass importanti” li “twassal biex il-pajjiż ikollu sistema ta’ rappurtaġġ finanzjarju trasparenti”, tgħin biex ikun żgurat “li n-nefqa tal-gvern tkun taħt kontroll” u jittieħdu “deċiżjonijiet meħtieġa biex jibqa’ jiġi reġistrat surplus”.

Id-deal kien iffirmat minn Anthony Cachia, id-Direttur Ġenerali tad-Dipartiment tal-Kuntratti ta’ Malta, Joseph Pullicino, sieħeb f’Grant Thornton Malta fl-10 ta’ Lulju.

Ix-xogħol fuq is-sejħa għall-kuntratt beda fl-2014.

Emily Twinch

Deputat Editur, Public Finance and Public Finance International

Original article published on 15/08/2017:
http://www.publicfinanceinternational.org/news/2017/08/malta-makes-shift-accrual-accounting