KONFERENZA TAL-PROĠETT eFORMS
Fit-08/05/2023, saret konferenza dwar l-implimentazzjoni tal-eForms fix-Xiri Pubbliku. Din il-konferenza kienet organizzata mid-Dipartiment tal-Kuntratti, liż-Żviluppaturi tas-Sistema, European Dynamics u ko-finanzjata mill-Connecting Europe Facility tal-Unjoni Ewropea. Għal din il-konferenza attendew numru ta’ stakeholders li se jintlaqtu mill-bidla għall-eForms.
Id-dettalji ta’ hawn taħt huma ftit mill-informazzjoni li ħarġet minn din il-konferenza.
Storja Qasira tal-eForms
Il-Kummissjoni tal-Unjoni Ewropea implimentat ir-Regolament (UE) 2019/1780, titled: Li jistabbilixxi formoli standard għall-pubblikazzjoni ta’ avviżi fil-qasam tax-xiri pubbliku u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/1986 (‘eForms’) ta’ 23/09/2019.
Dan ir-Regolament ġie ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fil-25/10/2019 u daħal fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu, jiġifieri fl-14/11/2022.
Dawn il-formoli se jsiru obbligatorji għall-Istati Membri kollha fil-25/10/2023 wara perjodu tranżitorju ta’ ħames (5) xhur.
Min se juża l-eForms
L-eForms se jintużaw mill-Awtoritajiet Kontraenti kollha meta jippubblikaw avviżi fil-Ġurnal Uffiċjali tal-UE (Tenders Electronic Daily (TED)) permezz tal-ePPS. Dawn jissostitwixxu l-formoli li huma disponibbli bħalissa. Ta’ min jinnota li l-formoli elettroniċi huma evoluzzjoni tal-avviżi attwali li jintużaw biex jiġu ppubblikati l-avviżi fuq it-TED.
X’inhuma l-vantaġġi u l-benefiċċji tal-użu tal-eForms
Hemm għadd ta’ vantaġġi u benefiċċji meta jintużaw l-eForms, dawn huma:
- Aktar preċiżjoni tal-informazzjoni
- Diġitalizzazzjoni u simplifikazzjoni
- Konsistenza mtejba fost il-forom
- Flessibilita’ estiża u intensifikata
- Governanza mtejba
- Proċessi simplifikati
Peress li l-formoli elettroniċi huma pass evoluzzjonarju, l-ismijiet tat-tliet (3) forom ewlenin jibqgħu l-istess. Dawn huma:
- Prior Information Notice (PIN)
- Contract Notice (CN), u
- Contract Award Notice (CAN)
b’kull avviż li jkollu l-iskema distinta tiegħu skont ir-Regolament. Dawn it-tliet (3) skemi huma previsti li jkopru l-40 sitwazzjoni elenkati fir-Regolament dwar l-eForms.
Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-formoli standard li ġejjin:
- Ippjanar
- Kompetizzjoni
- Direct Award Prenotification (DAP)
- Riżultat
- Modifika tal-kuntratt
- Tibdil
Ta’ min jinnota li l-eForms użati fuq l-ePPS ġew imfassla għall-ambjent Malti tal-akkwist pubbliku, permezz ta’ Grupp ta’ Ħidma tad-DOC intern.
Dawn il-formoli elettroniċi ġodda se jkunu applikabbli għad-Direttivi li ġejjin:
- Klassika
- Kuntratti ta’ Konċessjoni
- Difiża
- Rimedji
- Sigurta, u
- Utilitajiet