L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-FORMOLI ELETTRONIĊI FIX-XIRI PUBBLIKU: IT-TRIQ ’IL QUDDIEM

Fit-08/05/2023, saret konferenza dwar l-implimentazzjoni tal-eForms fix-Xiri Pubbliku.  Din il-konferenza kienet organizzata mid-Dipartiment tal-Kuntratti, liż-Żviluppaturi tas-Sistema, European Dynamics u ko-finanzjata mill-Connecting Europe Facility tal-Unjoni Ewropea. Għal din il-konferenza attendew numru ta’ stakeholders li se jintlaqtu mill-bidla għall-eForms.

Id-dettalji ta’ hawn taħt huma ftit mill-informazzjoni li ħarġet minn din il-konferenza.

Storja qasira tal-eForms

Il-Kummissjoni tal-Unjoni Ewropea implimentat ir-Regolament (UE) 2019/1780, bit-titolu: Li jistabbilixxi formoli standard għall-pubblikazzjoni ta’ avviżi fil-qasam tax-xiri pubbliku u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/1986 (“eForms”) ta’ 23/09/2019.

Dan ir-Regolament ġie ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fil-25/10/2019 u daħal fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu, jiġifieri fl-14/11/2022.

Dawn il-formoli se jsiru obbligatorji għall-Istati Membri kollha fil-25/10/2023 wara perjodu tranżitorju ta’ ħames (5) xhur.

Min se juża l-eForms

L-eForms se jintużaw mill-Awtoritajiet Kontraenti kollha meta jippubblikaw avviżi fil-Ġurnal Uffiċjali tal-UE (Tenders Electronic Daily (TED)) permezz tal-ePPS.  Dawn jissostitwixxu l-formoli li huma disponibbli bħalissa.  Ta’ min jinnota li l-formoli elettroniċi huma evoluzzjoni tal-avviżi attwali li jintużaw biex jiġu ppubblikati l-avviżi fuq it-TED.

X’inhuma l-vantaġġi u l-benefiċċji tal-użu tal-eForms

Hemm għadd ta’ vantaġġi u benefiċċji meta jintużaw l-eForms, dawn huma:

  • Aktar preċiżjoni tal-informazzjoni
  • Diġitalizzazzjoni u simplifikazzjoni
  • Konsistenza mtejba fost il-forom
  • Flessibilita’ estiża u intensifikata
  • Governanza mtejba
  • Proċessi simplifikati

Peress li l-formoli elettroniċi huma pass evoluzzjonarju, l-ismijiet tat-tliet (3) forom ewlenin jibqgħu l-istess. Dawn huma:

  • Prior Information Notice (PIN)
  • Contract Notice (CN), u
  • Contract Award Notice (CAN)

b’kull avviż li jkollu l-iskema distinta tiegħu skont ir-Regolament.

Dawn it-tliet (3) skemi huma previsti li jkopru l-40 sitwazzjoni elenkati fir-Regolament dwar l-eForms.

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-formoli standard li ġejjin:

  1. Ippjanar
  2. Kompetizzjoni
  3. Direct Award Prenotification (DAP)
  4. Riżultat
  5. Modifika tal-kuntratt
  6. Tibdil

Ta’ min jinnota li l-eForms użati fuq l-ePPS ġew imfassla għall-ambjent Malti tal-akkwist pubbliku, permezz ta’ Grupp ta’ Ħidma tad-DOC intern.

Dawn il-formoli elettroniċi ġodda se jkunu applikabbli għad-Direttivi li ġejjin:

  • Klassika
  • Kuntratti ta’ Konċessjoni
  • Difiża
  • Rimedji
  • Sigurta, u
  • Utilitajiet