IL-MISSJONI TAGĦNA

Id-Dipartiment tal-Kuntratti huwa responsabbli għall-amministrazzjoni tal-proċeduri ta’ akkwist kif stabbiliti (LN352/2016)-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku. Għandu jagħti servizz effiċjenti u effettiv kemm lill-operaturi ekonomiċi kif ukoll lill-awtoritajiet kontraenti. Barra minn hekk, id-Dipartiment tal-Kuntratti għandu jiżgura li ma jkunx hemm diskriminazzjoni bejn l-operaturi ekonomiċi u li l-operaturi ekonomiċi kollha jiġu ttrattati b’mod ugwali u trasparenti.