RIFORMA TAL-AKKWIŻIT PUBBLIKU
Fl-24/01/2021, is-Sur Anthony Cachia (Direttur Ġenerali (Kuntratti)) ġie intervistat minn TVM wara li l-Kamra tal-Kummerċ ippubblikat ir-Rapport tagħha dwar ir-Riforma tax-Xiri Pubbliku 2021.
Dan ir-rapport fih numru ta’ rakkomandazzjonijiet li jkopru ċ-ċiklu kollu ta’ sejħa. Apparti minn hekk, tkopri wkoll il-blacklisting tal-operaturi ekonomiċi u d-Direct Orders.
Ġie spjegat mis-Sur Cachia, li dawn it-tnejn huma koperti mil-leġiżlazzjoni eżistenti, madankollu, fir-rigward tal-blacklisting, hemm bżonn ta’ aktar tisħiħ u rakkomandazzjonijiet mill-Awtoritajiet Kontraenti. Fil-każ tad-Direct Orders diġa’ hemm obbligi fuq l-Awtoritajiet Kontraenti li dawn jiġu rrapportati u ppubblikati.
Dwar dawn iż-żewġ suġġetti, is-Sur Cachia qabel li hemm bżonn ta’ aktar diskussjoni bejn id-Dipartiment tal-Kuntratti u l-Kamra Maltija tal-Kummerċ.
Ir-rapport tal-Kamra tal-Kummerċ ta’ Malta jista’ jitniżżel mis-sit elettroniku mis-sit elettroniku tagħhom.
Ara wkoll: