IL-ĠIMGĦA GĦAS-SERVIZZ PUBBLIKU 2019

L-utenti tal-Operaturi Ekonomiċi tal-ePPS huma mistiedna għal laqgħa dwar is-suġġett tax-Xiri Pubbliku, li qed tiġi organizzata bħala parti mill-Ġimgħa għas-Servizz Pubbliku, 2019 u li se ssir nhar l-Erbgħa, 25 ta’ Settembru 2019 fil-Mużew nazzjonali tal-Arti (MUŻA), Berġa tal-Italja, Triq il-Merkanti, Il-Belt Valletta f’17:30hrs.

Ir-reġistrazzjonijiet għall-attendenza għal-laqgħa jridu jiġu ppreżentati sa mhux aktar tard mill-Ġimgħa, it-13 ta’ Settembru 2019, fuq l-indirizz elettroniku:

[email protected]

u jekk jogħġbok inkludi:

– isem
– kunjom, u
– Numru ta’ l-ID

Meta wieħed iqis li l-postijiet huma limitati ħafna, l-attendenza hija fuq bażi ta’ min jiġi l-ewwel, jinqeda l-ewwel u tiġi kkonfermata qabel id-data tal-laqgħa.

Il-proċeduri se jkunu bil-Malti.