IT-TISĦIĦ TAS-SISTEMA TAX-XIRI PUBBLIKU F’MALTA

Nhar it-Tnejn, 03/04/2023, saret Konferenza tal-għeluq intitolata “It-Tisħiħ tas-Sistema tax-Xiri Pubbliku f’Malta” f’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi.

Il-konferenza kellha numru ta’ kelliema notevoli lokali u barranin, fl-oqsma tax-Xiri, l-Innovazzjoni u r-Riforma.

Ir-rimarki tal-ftuħ saru mis-Sur Paul Zahra, Segretarju Permanenti, Ministeru tal-Finanzi u x-Xogħol; Is-Sur Anthony Cachia, Direttur Ġenerali, Dipartiment tal-Kuntratti; Is-Sur Daniele Dotto, Viċi Direttur, Direttorat B – Appoġġ għar-Riformi tal-Istati Membri u Kap tat-Taqsima B2 – Governanza u Amministrazzjoni Pubblika, DĠ REFORM u s-Sur Paulo Magina, Viċi Kap tat-Taqsima tal-Infrastruttura u Xiri Pubbliku, OECD.

Il-kisbiet ewlenin miksuba mill-proġett ġew diskussi u spjegati mis-Sur John Degiorgio, Direttur, Direttorat tax-Xiri Settorjali, Dipartiment tal-Kuntratti; Is-Sur Paulo Magina u s-Sinjorina Kenza Khachani, Analizzatur tal-Politika, Diviżjoni tal-Infrastruttura u Xiri Pubbliku, OECD.

Wara l-waqfa, saret diskussjoni dwar is-suġġett “Towards a risk management approach in public procurement in Malta” mal-panel li tinkludi lis-Sur Anthony Cachia; Is-Sinjorina Kenza Khachani; Dott. Karina di Maggio, Konsulent Legali – Dipartiment tal-Kuntratti u Legali, Finanzi u Kuntratti, MITA; Is-Sur William Peplow, Senior Manager, Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika u s-Sur Alexei de Bono, Chief Operating Officer, IDEA bis-Sinjorina Lorraine Mangion Duca, Direttur Procurement Policy u Quality Assurance li aġixxit bħala l-moderatur.

Suġġett ieħor li ġie diskuss kien il-“Promozzjoni tax-Xiri tal-Innovazzjoni f’Malta” bil-parteċipanti jkunu s-Sinjorina Samira Boussetta, Policy Officer Innovation / Sustainability and Procurement, DG GROW, Kummissjoni Ewropea; Is-Sinjorina Jacqueline Gili, Direttur tal-Operazzjonijiet, Dipartiment tal-Kuntratti; Is-Sur Louis Cordina, Direttur għas-Servizzi Korporattivi u Proġetti, il-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija; Ing Karl Farrugia, Uffiċjal Kap Eżekuttiv, Central Procurement and Supplies Unit; Is-Sur Mauro Draoli, Kap tal-istrateġiji tax-Xiri Universali u l-Innovazzjoni tas-Suq, Aġenzija għad-Diġitali (AGID), l-Italja u s-Sur Luis Ferreira, Direttur taċ-Ċentru ta’ Kompetenza dwar l-IPPProcure+, l-Aġenzija Nazzjonali tal-Innovazzjoni, il-Portugall bil-moderatur ikun is-Sinjura Athina Manta, Uffiċjal tal-Politika, Taqsima B2 – Governanza u Amministrazzjoni Pubblika, DĠ REFORM, Kummissjoni Ewropea.

Il-konferenza ġiet fi tmiemha bir-rimarki konklussivi ġew mogħtija mis-Sinjorina Athina Manta, is-Sur Paulo Magina u s-Sur Anthony Cachia.

Il-konferenza ġiet organizzata bil-kollaborazzjoni tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD), id-Dipartiment tal-Kuntratti u entitajiet oħra tal-Gvern.