LAQGĦA TAD-DĠ (KUNTRATTI) MAL-KAMRA TAL-KUMMERĊ TA’ MALTA

Id-dettalji t’hawn taħt ittieħdu minn post ippubblikat fuq LinkedIn mill-Kamra tal-Kummerċ ta’ Malta wara li saret laqgħa mas-Sur Anthony J Cachia (Direttur Ġenerali (Kuntratti)) fis-16 ta’ Mejju 2023:

Il-Kamra Maltija se tkompli tmexxi ’l quddiem il-proposti tagħha għal riforma ta’#publicprocurement mad-diversi stakeholders fir-rigward ta’ din il-materja.

Aktar kmieni llum, delegazzjoni minn  #TheMaltaChamber immexxija mill-President Christopher Vassallo Cesareo ltaqgħet ma’ Anthony Cachia, Direttur Ġenerali fid-Dipartiment tal-Kuntratti.

Biex tara l-preżentazzjoni sħiħa u anke r-Rapport dwar ir-Riforma tal-Akkwist Pubbliku (2021) jekk jogħġbok ikklikkja hawn.