FAQs

It-tenders kollha ppubblikati mid-Dipartiment tal-Kuntratti, bl-eċċezzjoni ta’ ftit sejhiet tradizzjonali, issa qed jiġu ppubblikati fuq il-portal il-ġdid tax-xiri tal-Gvern ta’ Malta; https://etenders.gov.mt.  Is-sit tal-eTenders (ePPS) qed jintuża mill-entitajiet kollha tal-Gvern ta’ Malta għall-ħtiġijiet tax-xiri tagħhom.

Iva.  Xi offerti jistgħu jiġu ppubblikati fuq dan il-portal. Id-dettalji u d-dokumentazzjoni kollha jinsabu taħt is-sezzjoni tat-Tenders. Dawn jistgħu jinstabu taħt l-għażla tar-Riżorsi fil-parti ta’ fuq tal-website u għażel Tenders.

Id-dettalji li jinsabu taħt din it-taqsima huma speċifiċi għall-offerti u dawn huma:
– Avviż Nru
– Suġġett
– Data tal-pubblikazzjoni
– Data tal-Għeluq
– Dokumenti addizzjonali bħal kjarifiki (jekk ikun hemm)
– Skeda tal-prezzijiet, u
– Rakkomandazzjoni tal-KĠK

Sfortunatament le, peress li din il-website ma taqbadx id-dettalji tal-login tal-utenti. It-tenders li qed jiġu ppubblikati fuq dan il-portal, li se jkunu biss ftit, se jkunu b’xejn.  Għalhekk, id-dokumentazzjoni kollha se tkun disponibbli fl-intier tagħha li se tinkludi kwalunkwe tpinġija u kjarifika.  Se tkun ir-responsabbilta’ ta’ l-operaturi ekonomiċi interessati li regolarment jiċċekkjaw għal xi kjarifiki li joħorġu.

Naturalment.  Dawn se jsiru pubbliċi billi tiġi ppubblikata x-Schedule of Prices fuq in-notice board tad-Dipartiment tal-Kuntratti u anke fuq din il-website.  L-iskedi jinsabu taħt is-sezzjoni tat-Tenders billi wieħed ifittex l-offerta ta’ interess partikolari u jekk id-Data tal-Għeluq tkun għaddiet, din tkun disponibbli billi wieħed jagħfas fuq Schedule Link.

Fuq il-portal tal-eTenders, wieħed jista’ jsib biss sejħiet elettroniċi.  Għalhekk, fuq dan il-portal, huma disponibbli biss sejħiet tradizzjonali għall-offerti.  Dawn l-avviżi jinsabu taħt is-sezzjoni tal-Adverts.  Din it-taqsima għandha s-sejħiet kollha ppubblikati mill-2003.  Meta tikklikkja fuq waħda mis-snin, ikun disponibbli file .zip li jkun fih l-avvizi individwali kollha li kienu ppubblikati matul dik is-sena partikolari.  Is-sejħiet tradizzjonali għadhom qed jiġu ppubblikati fuq il-Gazzetta tal-Gvern, ukoll.