NESA 2016

Id-Dipartiment tal-Kuntratti –
Rebbieħ tal-Premju Nazzjonali ta’ Appoġġ għall-Intrapriża 2016

In a ceremony held on Thursday, 16 June 2016, the Department of Contracts has won one of the categories in this year’s edition of the National Enterprise Support Awards (NESA) organised by the Commerce Department within the Ministry for the Economy, Investment and Small Business.

Din il-kompetizzjoni kienet miftuħa għal diversi tipi ta’ organizzazzjonijiet li jikkompetu fi tliet taqsimiet differenti; il-kunsilli lokali li jikkompetu fit-Taqsima “A”, il-ministeri, id-dipartimenti, l-awtoritajiet u l-entitajiet pubbliċi u s-sħubijiet pubbliċi-privati li jikkompetu fit-Taqsima “B”, u l-NGOs, it-trejdjunjins, l-assoċjazzjonijiet professjonali, l-iskejjel pubbliċi u tal-knisja, il-programmi edukattivi u l-organizzazzjonijiet tan-negozju li jikkompetu fit-Taqsima “C”.

Id-dħul tad-Dipartiment tal-Kuntratti ffoka fuq il-kategorija ‘Improving the Business Environment‘ li jirrikonoxxi politiki innovattivi fil-livell nazzjonali jew lokali li jippromwovu l-bidu u t-tkabbir tal-intrapriżi, jissimplifikaw il-proċeduri leġiżlattivi u amministrattivi għan-negozji u jimplimentaw il-prinċipju ‘Aħseb l-Ewwel fiż-Żgħir’ favur l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju.  Id-dħul tad-Dipartiment spjega kif dan ta’ hawn fuq inkiseb permezz tal-introduzzjoni tal-Electronic Public Procurement System, sistema li rrivoluzzjonat il-mod kif jitmexxa l-akkwist pubbliku f’Malta permezz tal-użu tal-ICT.

Is-Sistema Elettronika tal-Akkwist Pubbliku għandha għadd ta’ vantaġġi għall-intrapriżi.  Primarjament, hija sistema bbażata fuq il-web u għalhekk aċċessibbli kullimkien u f’kull ħin.  Karatteristika innovattiva u utli ħafna għall-intrapriżi hija l-funzjoni ta’ twissija tas-sejħa għall-offerti li permezz tagħha l-operaturi ekonomiċi meta jirreġistraw ikunu jistgħu jagħżlu liema tipi ta’ sejħiet għall-offerti jkunu interessati fihom, skont it-tip ta’ xogħol, provvista jew servizz li jipprovdu.  Imbagħad l-operaturi ekonomiċi kienu jirċievu allerti kull meta toħroġ tender taħt il-qasam ta’ interess tagħhom u allura titneħħa l-ħtieġa li wieħed jgħaddi minn listi ta’ avviżi ta’ tenders fuq kull ħarġa tal-Gazzetta tal-Gvern biex isib tender speċifika.  L-informazzjoni kollha relatata mal-offerta tista’ titniżżel mis-sistema u s-sottomissjoni tal-offerti tista’ ssir ukoll online.  Is-sommarji tal-offerti riċevuti u l-avviżi tal-għoti huma kollha disponibbli fuq is-sistema filwaqt li l-kjarifiki tal-offerti huma mitluba u sottomessi wkoll permezz tas-sistema.  Id-Dipartiment tal-Kuntratti jorganizza sessjonijiet ta’ taħriġ kull ġimgħa għall-operaturi ekonomiċi u għandu servizz apposta ta’ customer care fuq is-sistema.

Mill-01 ta’ Jannar 2016 is-Sistema Elettronika tal-Akkwist Pubbliku saret l-unika għodda użata għas-sejħiet għall-offerti tal-Gvern.  Mit-tnedija uffiċjali tagħha fl-2011, aktar minn 17,000 sejħa għall-offerti (CfTs) ġew ippubblikati permezz tas-sistema u sal-aħħar ta’ Marzu 2016 kien hemm 3,243 operatur ekonomiku rreġistrati fuq is-sistema.  Fejn jidħol taħriġ, s’issa twasslu  144 workshop mill-IT Unit tad-Dipartiment għal 947 impjegat ta’ operaturi ekonomiċi li jagħtu taħriġ prattiku dwar kif tintuża s-sistema.

Is-Sistema Elettronika tal-Akkwist Pubbliku kienet ta’ benefiċċju kbir għall-intrapriżi peress li naqqset l-ispejjeż amministrattivi u wasslet iż-żmien u żiedet l-aċċessibilita’ u t-trasparenza fl-akkwist pubbliku tal-Gvern.

Il-premju tan-NESA li rċieva d-Dipartiment tal-Kuntratti għandu miegħu premju ta’ €10,000 li d-Dipartiment iddeċieda li jagħti lill-Fondazzjoni Puttinu Cares.   Id-Dipartiment tal-Kuntratti issa se jkun qed jirrappreżenta lil Malta fil-European Enterprise Promotion Awards 2016 li se jkunu organizzati aktar tard din is-sena fis-Slovakkja.