IFFIRMAR TAL-PROVVISTA TA' SERVIZZI GĦAL PORTAL ONLINE TA' REPOŻITORJU ĊENTRALI TAD-DATA, APPOĠĠ U MANUTENZJONI

Fis-06/05/2025, is-Sur Adrian Dalli (Direttur Ġenerali (Kuntratti)), iffirma l-ftehim kuntrattwali għall-portal online ta’ Repożitorju Ċentrali tad-Data bgħall-benefiċjarju finali tal-Gvern, ir-Reġistru tan-Negozju ta’ Malta. Dan il-proġett kellu valur stmat ta’ €1.7m eskluża l-VAT.

Fl-aħħar ġimgħa ta’ Ottubru 2024, ġiet ippubblikata sejħa għal dawn is-servizzi permezz tas-Sistema Elettronika tal-Akkwist Pubbliku tal-Gvern (ePPS). Seba’ (7) sottomissjonijiet waslu sad-data tal-għeluq, li kienet fis-26/11/2024, kemm minn operaturi ekonomiċi lokali kif ukoll barranin.

Wara reviżjoni bir-reqqa tal-offerti kollha sottomessi, DataTrust Consortium ġie rakkomandat għall-għotja, bir-rakkomandazzjonijiet jiġu ppubblikati fl-14/03/2025.

Peress li ma waslu l-ebda appelli, id-Dipartiment tal-Kuntratti pproċeda bl-abbozzar tal-ftehim kuntrattwali, li ġie ffirmat mill-operaturi ekonomiċi rebbieħ fid-29/04/2025.

Il-valur mogħti tal-kuntratt kien ta’ €1.3m eskluża l-VAT u l-eżekuzzjoni tiegħu hija fuq perjodu ta’ tmenin (80) xahar.