QAFAS TA’ VALUTAZZJONI KOMUNI

Il-Qafas Komuni ta’ Valutazzjoni (CAF) huwa riżultat tal-kooperazzjoni bejn il-Ministri tal-UE responsabbli għall-Amministrazzjoni Pubblika.  Verżjoni pilota ġiet ippreżentata f’Mejju 2000 u verżjonijiet riveduti tnedew fl-2002, l-2006 u l-2013.  Il-CAF hija għodda ta’ ġestjoni totali tal-kwalita’ (TQM), faċli biex tintuża u b’xejn, biex tgħin lill-organizzazzjonijiet tas-settur pubbliku madwar l-Ewropa fl-użu ta’ tekniki ta’ ġestjoni tal-kwalita’ biex itejbu l-prestazzjoni tagħhom, filwaqt li jitqiesu l-karatteristiċi tagħhom.

 

Wara laqgħa, li saret fis-06 Jannar 2015, bejn id-Dipartiment tal-Kuntratti (DoK) u l-Management Efficiency Unit (MEU), ġie deċiż li l-għodda tal-CAF tibda titħaddem fid-Dipartiment tal-Kuntratti sabiex issostni aktar l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet li joħorġu mir-rapport tad-DoC Operational Review kif imfassal mill-istess MEU f’April 2013.

 

Il-mudell tal-CAF huwa magħmul minn disa’ (9) kriterji differenti skont id-dijagramma ta’ hawn taħt.  Permezz tas-Self Assessment Group (5 Membri tad-DoK) dawn il-kriterji differenti jiġu analizzati individwalment permezz tal-użu ta’ enablers jew results panel xieraq, fejn finalment tingħata marka, li tirrifletti l-istatus attwali tal-affarijiet fid-DoK.

Id-DoK b’kollaborazzjoni mal-MEU, kellu sessjoni inizjali ta’ informazzjoni dwar il-CAF għall-persunal kollu tad-DoK u sussegwentement il-ħames membri tat-tim tas-Self Assessment (SA) intgħażlu permezz ta’ sejħa għal espressjoni ta’ interess fost il-persunal kollu tad-DoK.  L-ewwel sessjoni ta’ taħriġ għat-tim ta’ SA hija programmata li ssir fil-ġimgħat li ġejjin.

Data: 07/03/2015